Home
Dr John Attard Montalto qajjem il-kwistjoni tal-prezzijiet esa!erati tal-medi ini f'Malta fil-Kummis PDF Print E-mail
Saturday, 29 May 2010

Stqarrija g]all-Istampa

14 ta’ Mejju 2010

Dr John Attard Montalto ressaq mistoqsija parlamentari lill-Kummissjoni Ewropea dwar id-differenza fil-prezzijiet ta’ mediċini f'Malta u l-Belġju:

Huwa qal li "Wieħed mill-prinċipji fundamentali li fuqhom hija bbażata l-eżistenza tal-Unjoni Ewropea hija l-ħarsien tal-konsumatur.

Fejn g]andu x’jaqsam ix-xiri ta’ medicini, je\istu nuqqasijiet serji ta’ rieda biex ji[u protetti l-konsumaturi fil-Gżejjer Maltin u Għawdxin.

Il-prezz tal-mediċini f'Malta huwa esaġerat, bħalma tista’ tkun mqabbla minn kampjuni ta’ prezzijiet  ta' numru ta' mediċini. Il-prezz f’Malta huwa ta’ spiss aktar mid-doppju ta' dak ta' mediċini identiċi fi Brussel.  

Huwa possibbli għall-Kummissjoni li twettaq investigazzjoni fil-fond dwar din il-kwistjoni u l-pożizzjoni passiva tal-istrutturi uffiċjali tal-protezzjoni tal-konsumatur f'Malta, biex tittratta din il-problema serja?"

Fir-risposta taghha l-Kummissjoni qalet :

"Skond l-Artikolu 168 (7) tat-Trattat dwar il-funzjonament tal-Unjoni Ewropea, l-Istati Membri huma responsabbli għad-definizzjoni tal-politika tas-saħħa tagħhom u għall-organizzazzjoni u t-twettieq tas-servizzi tas-saħħa u kura medika. F'dan il-kuntest, l-awtoritajiet nazzjonali huma liberi li jiffissaw il-prezzijiet tal-prodotti mediċinali, li jinfluwenzaw dawn il-prezzijiet permezz ta' politika nazzjonali jew li jħallu r-regolament tal-prezzijiet lill-forzi tas-suq. Bl-istess mod, kull Stat Membru jista' jiddetermina l-kondizzjonijiet tar-rimborż tal-prodotti mediċinali taħt sistema ta' sigurtà soċjali nazzjonali tiegħu. Interventi nazzjonali li jirregolaw l-ispiża tal-mediċini huma bbażati fuq varjetà ta' fatturi speċifiċi għal kull pajjiż, bħal-tradizzjonijiet storiċi u soċjali, il-prijoritajiet tas-saħħa pubblika jew ta' baġit. Dan jirriżulta inevitabbilment f’diskrepanzi fil-prezzijiet u varjazzjonijiet fil-prezzijiet madwar l-Unjoni Ewropea.

Il-Kummissjoni hija konxja tal-isfidi mqajma minn din is-sitwazzjoni, inkluż l-impatt potenzjali fuq l- istrutturi tal-spejjeż differenti fuq il-pajsaġġ kompetittiv, fuq il-funzjonament tas-suq intern u fuq id-disponibbiltà u l-affordabilità tal-prodotti mediċinali fl-Istati Membri. Dawn il-kwistjonijiet kienu għalhekk fil-qalba tal-Forum Farmacewtika ta’ Livell Għoli mnedija fl-2005 fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni u fil-kooperazzjoni ma' firxa wiesgħa tal-partijiet interessati. B'mod partikolari, l-]idma tal-Grupp dwar l-Ipprezzar tal-medicini eżamina l-isfidi tal-prezzijiet farmaċewtiċi u r-rimborż fl-Ewropa. Il-konklużjonijiet tal-Forum, li ġew formalment approvati mill-parteċipanti kollha f'Ottubru 2008, tinkludi sensiela ta' rakkomandazzjonijiet biex jiġi żgurat li l-kundizzjonijiet tar-rimborż u l-ipprezzar jilħqu l-għanijiet komuni ta' aċċess f'waqtu u ġust għal mediċini għall-pazjenti Ewropej, kontroll tan-nefqa farmaċewtika u l-premju għall-innovazzjoni.

Mit-tweġiba huwa ovvju li l-Gvern ta 'Malta huwa responsabbli biex jassigura l-kontroll fuq in-nefqa farmaċewtika. Dr John Attard Montalto talab lill-Gvern biex jaghmel inkjesta uffiċjali biex ikunu jistgħu jinkisbu l-informazzjonijiet dwar din il-kwistjoni u biex isegwi r-rakkomandazzjonijiet magħmula bħala riżultat ta' tali nkjesta.
 
< Prev   Next >

Polls

Malta In EU - How Do you feel?
 

Links











Who's Online

© 2010 John Attard Montalto MEP
Joomla! is Free Software released under the GNU/GPL License.