Illum nixtieq nikteb l-artiklu tiegħi dwar il-pensjoni li l-istat i]allas lil dawk in-nies intitolati ta]t is-Sigurtà Soċjali.
L-ewwel skema tal-pensjoni statali kienet introdotta fl-1956 taħt gvern Laburista mag]rufa bħala l-Att tas-Sigurtà Nazzjonali li ntroduċiet il-kontribuzzjoni soċjali obbligatorja ta' assigurazzjoni biex tipprovdi firxa wiesgħa ta' benefiċċji, allowances u pensjonijiet li`-`ittadini Maltin. Iċ-ċittadini kollha li jaħdmu f'Malta bdew jikkontribwixxu parti mill-qligħ tagħhom biex jinbena fond g]all-pensjoni nazzjonali
Din kienet tkomplija tas-sistema li oriġinarjament kienet introdotta fi-1948 b’leġiżlazzjoni għall-ħlas tal-pensjonijiet lil persuni fuq l-età ta' 60 sena bbażata fuq test tal-mezzi finanzjarji.
Mid-data li [iet introdotta din is-sistema kienu diversi gvernijiet li komplew jibnu u kkontribwew biex itejbu din l-iskema biex ikollna ]ajja ta’ għajxien tajba fl-età tal- rtirar.
Niftakru kemm in-Nazzjonalisti kienu jirreferu g]al din is-sistema b]ala bolla balla. Illum zgur li jixtiequ li qatt ma g]amlu din il-kritikag]aliex alla ]ares ma kienx l-g]aqal tal-gvernijiet Laburisti li ntrodu`ew sistema li n-nies i[awdu minnha fil-[ejjieni.
L-iskema ta\-\ew[ terzi tal-pensjoni kienet introdotta fl-1979 għal darb'oħra meta Malta kienet ta]t gvern Laburista.
Fil-fatt meta nitkellmu dwar pensjoni ta\-\ew[ terzi wieħed għandu jieħu nota li hemm limitu fuq id-d]ul massimu li l-istat iħallas għall-pensjonijiet.
Dan ifisser li għalkemm il-ħaddiema b'paga baxxa jie]du pensjoni s]i]a ta’ \ew[ terzi dawk li jaqilg]u paga medja u dawk li jaqilg]u aktar mill-paga medja llum jirċievu sa massimu ta' € 893 kull 4 ġimgħat jew massimu ta' € 220 fil-ġimgħa.
Dawk il-ħaddiema li jispi``aw mix-xog]ol bil-paga minima jie]du pensjoni ta' madwar €106 kull ġimgħa.
Xi xhur ilu l-Caritas għamlet stħarriġ interessanti dwar il-baġit tal-familja għal għajxien deċenti.
Ir-rapport ikkonkluda li sabiex il-familji ilaħħqu mal-minimu li jkun essenzjali g]all-għajxien deċenti irid ikollhom d]ul adekwat. Skont ir-rapport:
€ 10,600 kull sena jew € 203 fil-ġimgħa għall-familja ta' żewġ adulti u żewġt itfal
€ 8,581 kull sena jew €165 fil-ġimgħa għal ġenitur waħdu u żewġt itfal
€ 6,238 kull sena jew €122 fil-ġimgħa għal żewġ persuni anzjani
Prattikament huwa mpossibbli g]al min jaqla’ paga minima biex kif jg]id il-Malti ‘erfa u sorr g]al meta ti[i b\onn’. In-nies f’din il-kategorija ma’ jistg]ux ifaddlu g]al-meta jasal i\-\mien tal-pensjoni g]ax di[a ma jla]]qux mal-]ti[ijiet tal-]ajja.
Minn-naħa l-oħra l-ħaddiem li jaqla’ paga medja, magħruf bħala l-ħaddiem tal-klassi tan-nofs u li matul is-snin kien imdorri b’g]ajxien ta’ ħajja aħjar sejjer ukoll isibha diffiċli li jg]addi b’pensjoni ta' € 220 fil-ġimgħa.
Dawn iċ-ċifri juru li min jaqla’ paga minima diġa’ qed jiffaċċja problemi kbar matul iċ-ċiklu tal-ħajja tiegħu tax-xogħol u l-problema se tkun ħafna agħar meta jasal g]all-età tal-irtirar.
Hija r-responsabbiltà tal-gvern li ji\gura stil ta' għajxien xieraq billi joffri pensjonijiet adegwati u jg]olli l-livelli tal-pagi g]a\-\mien tal-lum.
Biex dan isir irid ikollokk gvern g]aqli. Jekk ma’ tista’ tg]id xejn dwar gvernijiet immexxija mill-prim ministru Dom Mintoff huwa fatt li ma tistax tikkontesta li qata’ l-faqar u t-tallaba mit-toroq u mit-twelid sal-mewt ipprovda sistema so`jali g]all-Maltin kollha. Mhux sejjer insemmi l-lista twila ta’ dak li ntrodu`a g]aliex dawn ir-riformi jaf bihom il-poplu kollu. Veru li mhux kul]add jag]tih [ieh ta’ dak li g]amel i\da min hu serju u tal-affari tieg]u jaf li dan kien l-akbar iben li Malta qatt kellha.