Matul il-Tieni Gwerra Dinjija Malta kienet taħt assedju.
Ma kienx g]adda ]afna \mien li dan l-assedju ta’ Malta ntensifika ru]u bir-ri\ultat li l-provvista tal-ikel bdiet tonqos serjament u l-Maltin bdew i]ossu l-[u].
Il-gvern kien diġà ntrodu`a sistema tal-ikel bir-razzjon biex jipprova jqassam il-ftit ikel li kien hawn i\da l-provista kienet baxxa ]afna.
Is-suq Iswed (black market) beda jg]olli rasu bil-kbir. Il-popolazzjoni Maltija kienet qiegħda ssofri mill-faqar u l-ġuħ u ħafna nies bilkemm kellhom g]axja ta’ lejla a]seb u ara x’jilbsu.
Biex jipprova jegħleb jew itaffi din is-sitwazzjoni f'Jannar tal-1942 il-Gvern ħareġ b’soluzzjoni u ddeċida li jintroduċi Ikliet imsajra għall-komunità u b’hekk ji\gura li jelimina l-ħela kemm jista' jkun, jagħmel użu sħiħ tal-ftit ikel disponibbli u jipprova jil]aq lill kull]add.
Il-gvern fetah kċejjen tal-komunità, magħrufa bħala l-Victory Kitchen f’diversi lokalitajiet madwar Malta u G]awdex.
F'dak iż-żmien aktar minn 175,000 ru] għamlu użu mill-Victory Kitchen.
Wara l-gwerra s-sitwazzjoni marret g]all-aħjar u bi\-\mien il-Victory Kitchens g]alqu madankollu s-sitwazzjoni ekonomika kienet għada prekarja u l-gvern kompla bis-sistema ta’ ikel bir-razzjon għal numru twil ta' snin.
Bdiet ukoll assistenza mill-Istati Uniti taħt il-programm CARE biex itaffi ftit it-tbatija li kienu qed isofru l-foqra.
Ta]t gvern Laburista Malta bdiet tirpilja u bdiet tirre[istra progress fl-ekonomija r-razzjon tal-Ikel twaqqaf filwaqt li l-g]ajnuna tal-programm CARE ma kienx hemm aktar ]tie[a tieg]u. It-tallaba li kont tara fi kwantita’ minnhom jittalbu xi ]a[a ta’ flus u/jew ikel bdew jonqsu u fi ftit \mien spi``aw mit-toroq jew minn ]dejn bieb il-belt.
Din hija l-istorja tal-passat.
Iżda b]al ma jg]idilna l-Malti l-istorja tirrepeti ruħha.
Illum ħafna nies reġgħu jinsabu f’sitwazzjoni ta’ faqar u dawn qed ji\diedu. }afna nies qed jerġgħu jsofru fis-skiet. Qeg]din ner[g]u naraw nies iħabbtu l-bibien tad-djar għal xi għajnuna.
Bl-għajnuna ta’ programm ta’ g]ajnuna Ewropea qed jerġa’ jiġi mqassam ikel lil dawk in-nies fil-faqar jew fil-b\onn.
Il-gvern ukoll qieg]ed jag]ti sussidju lil-`ertu familji biex forsi jg]in ftit g]alkemm ]afna drabi dan is-sussidju huwa tad-da]k. Din l-g]ajnuna tal-Gvern qed ting]ata mis-Sigurta So`jali lil-dawk li ma g]andhomx introjtu jew li jaqilg]u anqas minn €99.50 fil-[img]a.
Dan żgur mhux biżżejjed biex jiżguraw standard aċċettabbli ta' ]ajja speċjalment meta wieħed iqis l-ispiża ogħla tal-enerġija. Qed naraw nies li ma jistgħux iħallsu l-kontijiet tad-dawl u l-ilma tagħhom u qed jispi``aw ming]ajr elettriku wara li l-Enemalta taqta' dan is-servizz g]ax ma jit]alsxux il-kontijiet.
Hawn numru ta’ nies li jixtru l-b]onnijiet ta’ kulljum bid-dejn u j]alsu meta jir`ievu il-paga jew penzjoni.
Familja ta’ tnejn minn nies \gur li g]andha spi\a ta’ mhux anqas min € 10 kull ġimgħa g]all eletriku.
Jekk nieħdu l-Gas għat-tisjir dan ji[i madwar € 6 fil-[img]a filwaqt li l-ilma huwa stmat fuq minimu ta’ madwar € 4
Imbagħad hemm l-ispiża tal-ikel li \gur taqbez € 60 kull ġimgħa u mediċina u/jew tobba li huwa kkalkulat fuq minimu ta' madwar € 10 kull ġimgħa.
Dawn iċ-ċifri huma l-ħtiġijiet l-aktar baxxi.
Minbarra dawn il-figuri wieħed għandu wkoll jikkunsidra l-bżonnijiet essenzjali oħra bħal telekomunikazzjoni, ħwejjeġ, kirjiet tad-dar u l-manutenzjoni.
Xi xhur ilu l-Caritas għamlet stħarriġ tal-budget minimu u indikaw li l-minimu biex tg]ix ]ajja diċenti għandu jkun madwar € 125 għal kull ġimgħa għal koppja anzjani u dan wara s-sussidji mill-gvern.
Dawk li jaqilgħu paga minima huma wkoll fl-istess borma.
Il-mistoqsija tiegħi hija: Huwa veru li n-nies qed isibu aktar flus fil-bwiet tagħhom jew jista’ jkun li l-istorja qed tirrepeti ruħha u ]afna nies qeg]din fi stat ta’ faqar?