|
|
Thursday, 09 March 2006 |
“No Vote – No Choice” Jikteb Dr John Attard Montalto MEP
Is-Sibt li ġej terz tal-poplu Malti u Għawdxi se jmur jivvota fl-elezzjonijiet tal-Kunsilli Lokali. Forsi wieħed jistaqsi għalfejn semmejt l-artiklu tiegħi llum “No Vote – No Choice”.
l-Kunsilli Lokali llum twaqqfu biex itejbu l-livell ta’ għixien taċ-ċittadini. F’diversi lokalitajiet, partikolarment dawk immexxijin minn maġġoranza Laburista, dan l-iskop intlaħaq sew. Rajna Kunsilli Lokali b’maġġoranza Nazzjonalista jitilfu l-fiduċja tar-residenti. Insemmi tlieta minn dawn – ir-Rabat, l-Imqabba u Santa Venera. Jidher ċar li l-poplu Rabti kuntent bil-ħidma li twettqet tul dawn l-aħħar snin f’din il-lokalità u se jerġa’ jagħti l-fiduċja lill-Kunsillieri Laburisti; filwaqt li huwa evidenti u ċar illi fl-Imqabba u f’Santa Venera, tul din l-aħħar sena, bdew jagħmlu d-differenza; differenza li r-residenti f’dawn iż-żewġ lokalitajiet ilha mistennija s-snin. Dan kollu għax il-poplu Vendriż u ta’ l-Imqabba għażel – għażel Kunsill Lokali aħjar. |
|
Read more...
|
|
|
<< Start < Prev 21 22 23 24 25 26 27 28 Next > End >>
|
| Results 109 - 110 of 110 |