Home
It-Telemalta, Maltacom, Go
Thursday, 03 July 2008

ImageJekk kien hawn settur f’pajjiżna li bla dubju għamel passi ta’ ġgant minn meta tnieda l-ewwel darba, dan kien is-settur tat-telekomunikazzjoni. Settur li żgur fid-dinja mgħaġġla tal-lum għandu mportanza kbira.

Il-bidla f’dan is-settur bdiet sewwasew nhar l-24 ta’ Ġunju 1975, meta Gvern Laburista taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru ta’ dak iż-żmien Duminku Mintoff, waqqaf it-Telemalta. Ta’ min ifakkar illi Armando Seychell kien l-ewwel Ċermen ta’ din il-kumpanija parastatali.

Ta’ din il-kumpanija jien għandi bosta tifkiriet sbieħ. Fil-fatt jien kont naħdem mat-Telemalta bejn l-1984 u l-1987 meta ċ-Ċermen ta’ dak iż-żmien kien Frans Carbone u warajh ħadu Maurice Mifsud Bonnici. Il-mixja fl-iżvilupp ta’ din il-kumpanija kienet qabdet ritmu mgħaġġel ferm tant li dak iż-żmien kienu ġew stallati “exchanges” moderni mill-kumpanija Franċiża CitAlcatel. Sfortunatament kien hemm diżgwid u l-kwistjoni spiċċat fi tliet qrati, f’Malta, fl-Isvizzera u fi Franza. Kienet l-ewwel kawża tiegħi li kienet tittratta dwar miljuni kbar ta’ liri.

Read more...
 
Airmalta
Thursday, 26 June 2008

ImageIllum ta’ spiss nisimgħu illi t-turisti f’pajjiżna qegħdin dejjem jiżdiedu u jitkattru, partikolarment f’dawn iż-żminijiet tas-sena. U Alla ħares ma jkunx hekk għax kieku s-settur turistiku, li minnu jiddependu eluf kbar ta’ familji, jfalli kompletament. Iżda ħadd ukoll m’għandu jinsa illi kieku ma kienetx għall-kumpanija Airmalta, kieku dan is-settur ma kienx jibda jeżisti!

Ta’ min ifakkar ukoll li l-Airmalta li llum qed iġġib eluf kbar ta’ turisti fis-sena, kienet twaqqfet bl-inizjattiva tal-Partit Laburista, fl-ewwel leġislatura tiegħu wara l-Indipendenza. Dak iż-żmien, taħt it-tmexxija tal-Prim Ministru Dom Mintoff, kienu nkrew l-ewwel ajruplani mill-Pakistan. Dan kien sar possibbli minħabba l-ħbiberija li kienet teżisti bejn Dom Mintoff u l-President Bhutto. Bla dubju ta’ xejn dan iwassalni biex insostni dak li dejjem emmint fih – jiġifieri l-ħtieġa ta’ kuntatt personali fl-isfera internazzjonali.

Read more...
 
L-Importanza tat-Tarzna f’pajji|na
Thursday, 19 June 2008

ImageMeta wieħed iħares lejn l-istorja ndustrijali ta’ pajjiżna jara li t-tradizzjoni marittima f’dak li għandu x’jaqsam ma’ bini ta’ vapuri, tmjur lura għaż-żminijiet tal-Kavallieri. B’danakollu kien sewwasew fi żmien l-Ingliżi illi din l-industrija ngħatat spinta qawwija f’pajjiżna.

Il-qasam marittimu kien jingħata mportanza kbira mill-Ingliżi tant illi dawn kienu jieħdu ħsieb il-ħtiġijiet kollha tal-flotta Ingliża fil-Mediterran. Wieħed, hawn ta’ min isemmi illi l-flotta Ingliża tal-Mediterran kienet ferm akbar mill-flotta Ingliża fl-Ingilterra.

F’pajjiżna, t-Tarzna ta’ Malta ħadet sehem kbir u ferm mportanti f’dak li hu żvilupp industrijali, billi pproduċiet u għaġnet l-għarfien u t-tagħlim ta’ bosta ħaddiema, tista’ tgħid f’kull sengħa f’din l-industrija. Bla tlaqlieq ngħid illi dawn il-ħaddiema professjonali jħabbtuha ma’ bosta ħaddiema oħrajn fl-istess qasam madwar id-dinja.

Read more...
 
<< Start < Prev 1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 Next > End >>

Results 33 - 36 of 110

Polls

Malta In EU - How Do you feel?
 

Links











Who's Online

We have 6 guests online
© 2010 John Attard Montalto MEP
Joomla! is Free Software released under the GNU/GPL License.