Home
Illum
Thursday, 05 June 2008

Meta kont qieghed nistudja biex nilhaq avukat kont nahseb li jekk nghaddi l-ezamijiet kont se nizboq l-ghola ostaklu ta' hajti. Meta kollox ghadda b'wicc il-gid hsibt li lhaqt is-sema. Nirringrazzja lil Alla li mill-ewwel qbadt. Kien f'dak il-hin li ntbaht li l-problemi veri tal-professjoni kienu ghadhom lanqas bdew.

Illum se naghmlu l-ewwel pass biex neleggu l-mexxejja taghna ghall-gejjieni.

Il-process li se jibda' l-lejla jigi konkluz b'hatra ta’ Mexxej. Din hija l-ghola u l-aktar kariga importanti fil-Partit. Hija wkoll l-aktar kariga li maghha ggib l-aktar responsabilità.

Ir-responsabilità, l-obbligi u d-dmirijiet marbutin mal-kariga ta’ mexxej ta’ partit huma enormi. Il-kariga izda iggib maghha qawwa shiha. Hija l-mod li kif din il-qawwa tintuza li tirrifletti l-ghaqal ta’ min jokkupa l-kariga.

Read more...
 
Post Mortem
Thursday, 29 May 2008


Il-Kelma ‘Post Mortem’ tfisser ezami wara l-mewt.

Meta persuna tmut b’incident, delitt jew cirkustanzi suspettuzi l-katavru jigi ezaminat bir-reqqa sabiex tigi stabbilita l-kawza tal-mewt. Il-Partit Laburista wara li ma rebahx l-elezzjoni tat-tmienja ta’ Marzu talab li ssir awtopsja sabiex tigi stabbilita r-raguni ghat-telfa.

Hemm zewg differenzi kbar bejn awtopsja li ssir fuq katavru u awtopja li ssir fuq Partit. L-ewwel differenza hija ovvja. Il-persuna tkun mietet waqt li l-Partit ghadu haj.

It-tieni hija li meta ssir awtopsja fuq katavru jintuzaw metodi xjentifici u r-rizultat ikun car u anke cert.

Fil-kaz tar-rapport imhejji biex isib ir-ragunijiet ghaliex il-Partit Laburista tilef l-elezzjoni, r-rapport ma jistax ikollu c-certezza xjentifika.

Meta grupp ta’ persuni jintalbu biex ifittxu r-ragunijiet ghaliex il-Partit tilef l-elezzjoni, l-problemi huma bosta.

Read more...
 
Ghandna Nkunu Kburin
Thursday, 22 May 2008

Image
Ghandna nkunu kburin li kellna mexxejja Laburisti li hallew it-timbru taghhom fuq l-istorja ricenti ta’ Malta u Ghawdex. Jien kelli l-privilegg li fil-hajja politika tieghi kelli rapport sincier u genwin ma’ tliet mexxejja Laburisti. Dalwaqt se jkolli l-unur li nservi l-partit taht kap gdid/a.

Il-partit taghna ghandu jkun kburi li biddel lil Malta u Ghawdex mil-lejl ghan-nhar. Wara l-elezzjoni u cioe’ r-rebha ta’ l-1971, il-gvern immexxi mill-Prim Ministru Mintoff gieghel lill-pajjizi kollha l-ohra jgharfu li dawn il-gzejjer ckejknin taghna huma nazzjon li jrid jigi rrispettat. It-trattat ma’ l-Ingilterra, in-NATO, il-ftehim mac-Cina, ir-relazzjonijiet mal-pajjizi Gharab fil-Mediterran, il-Golf u l-pozizzjoni li hadet Malta f’Helsinki favur il-Mediterran, kienu strumentali ghat-twettiq tal-politika Laburista.

Read more...
 
<< Start < Prev 1 2 3 4 5 6 7 8 9 10 Next > End >>

Results 37 - 40 of 110

Polls

Malta In EU - How Do you feel?
 

Links











Who's Online

We have 1 guest online
© 2010 John Attard Montalto MEP
Joomla! is Free Software released under the GNU/GPL License.