Home
Is-sahha
Thursday, 13 July 2006

Read more...
 
Pjanar serju!!
Thursday, 06 July 2006

Read more...
 
Tort tat-Tazza tad-Dinja!!!
Thursday, 29 June 2006

Tort tat-Tazza tad-Dinja!!!

Jikteb Dr John Attard Montalto MEP

Fuq il-gazzetta tal-Partit Nazzjonalista ta’ nhar il-Ħadd li għadda, qrajt fl-aħħar faċċata, ‘il veru raġuni għalfejn it-turiżmu f’pajjiżna mar daqstant lura!!!!Iva, ħbieb tiegħi, it-turiżmu, qalilna l-artikolist, dan is-sajf mar lura minħabba t-Tazza tad-Dinja!! U s-sena li għaddiet? U ta’ qabel? U ta’ qabel, għalfejn mar lura dan is-settur?

Fil-verità, it-turiżmu mar lura minħabba t-telqa u l-inkompetenza tal-Gvern Nazzjonalista. Naqbel, iżda perfettament ma’ l-artikolist li jgħid li għax il-Ġermanja qed tospita dan l-avveniment sportiv daqstant importanti, allura t-turiżmu f’dan il-pajjiż Ewropew, huwa fl-aqwa tiegħu. B’danakollu, huwa tad-daħq meta jgħid li t-Tazza tad-Dinja qed taffettwa t-turiżmu f’pajjiżna b’mod negattiv. Il-fatt hu li min mhux dilettant tal-futbol, jekk ikollu jżur pajjiżna, xorta se jagħmel dan. In-nuqqas ta’ turisti f’pajjiżna ġej minn għadd ta’ fatturi differenti.
Li qiegħed jaffettwa n-nuqqas ta’ turisti huma t-taxxi mposti mill-Gvern Nazzjonalista li jkollhom iħallsu qabel jirfsu din l-art għażiża tagħna. Taxxi esaġerati li t-turisti qegħdin ikunu mġiegħlin iħallsu. U t-turisti, mhux barranin, biss iżda anke l-Maltin qegħdin jagħżlu li ma jsiefrux minħabba l-istess taxxi, tant li din il-ġimgħa qrajt li fl-ewwel tliet xhur ta’ din is-sena, l-Air Malta ġarret mat-30 elf passiġġier anqas, meta mqabbel ma’ l-istess perjodu s-sena li għaddiet.
Barra minhekk, il-ħajja għolja f’Malta wkoll tista’ titqies bħala mezz biex iżżomm ‘il bogħod lit-turisti, meta f’pajjiżi oħrajn madwar id-dinja, partikolarment fl-Istati Uniti, il-ħajja hija ferm irħisa.
Lil dan l-artikolist tal-Mument, miskin, nikkumpatih. Qiegħed jgħix bħall-kumplament ta’ l-amministrazzjoni Nazzjonalista - fil-fantasija. Jikteb b’dan il-mod biex forsi jipprova jiġbor ġieħ il-Ministru tiegħu, Francis Zammit Dimech. Dan l-istess artikolist, li ma ninsewx kien ukoll fil-Ministeru ta’ l-istess Zammit Dimech qabel dan ta’ l-aħħar ġie fdat bis-settur turistiku, għażel li ma jikkumentax dwar il-fatt illi wieħed mill-akbar lukandieri f’pajjiżna, Winston Zahra, il-ġimgħa li għaddiet talab għar-riżenja ta’ l-istess Ministru. U lis-Sur Zahra, fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet il-Prim Ministru wkoll ipprova jgħaddieh biż-żufjett. Fil-verità, nemmen li ma kienx bih li kien qiegħed jgħaddi ż-żmien, iżda bil-poplu Malti u Għawdxi, li bil-vot tiegħu fdalu t-tmexxija tal-pajjiż u llum l-istess gvern qiegħed ipoġġi l-ħobża ta’ kuljum ta’ eluf kbar ta’ ħaddiema f’dan is-settur fil-periklu.
Il-Gvern Nazzjonalista llum qiegħed jagħmel bħat-tliet xadini, ma jarax, ma jismax u ma jitkellimx. Ma jrid jieħu parir minn għand ħadd – xhieda ta’ l-arroganza dejjem tikber. Sitwazzjoni li se tkompli tgħarraq wieħed mis-setturi li, Gvernijiet Laburisti tal-passat kienu ġabuhom l-aktar setturi li jrendu lill-pajjiżna.

Read more...
 
<< Start < Prev 21 22 23 24 25 26 27 28 Next > End >>

Results 93 - 96 of 110

Polls

Malta In EU - How Do you feel?
 

Links











Who's Online

We have 19 guests online
© 2010 John Attard Montalto MEP
Joomla! is Free Software released under the GNU/GPL License.